Issa waslet festa oħra
Dik il-festa ta-papa'
Xi rigal aħna nlestulu
Bħal ma' tajna lill-mama'
Il-papa' rigal jixraqlu
Ta' kemm dan jaħdem għalina
Għax iridna nikbru sewwa
U kull ma rridu hu jagħtina
Papa' tiegħi rigal għandi
Rigal żgħir u m'huwiex fin
Iżda nwiegħdek illi ngħidlek
Talba ċkejkna lill-Bambin
No comments:
Post a Comment